<
 
 
 
 
×
>
hide You are viewing an archived web page, collected at the request of Publications Office of the European Union using Archive-It. This page was captured on 05:28:22 Mar 07, 2021, and is part of the European Union collection. The information on this web page may be out of date. See All versions of this archived page. Loading media information
Unjoni Ewropea

Istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-UE

Istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-UE

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE fil-qosor

Sistema istituzzjonali unika

Fl-istruttura istituzzjonali unika tal-UE:

  • il-prijoritajiet wisgħin tal-UE huma stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, li jgħaqqad flimkien lill-mexxejja nazzjonali fil-livell tal-UE
  • Membri Parlamentari Ewropej eletti direttament jirrappreżentaw liċ-ċittadini Ewropej fil-Parlament Ewropew
  • l-interess tal-UE kollha huma promossi mill-Kummissjoni Ewropea, li l-membri tagħha jinħatru mill-gvernijiet nazzjonali
  • il-gvernijiet jiddefendu l-interessi nazzjonali ta' pajjiżhom fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Twaqqif tal-aġenda

Il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi d-direzzjoni politika ġenerali tal-UE – iżda m'għandux setgħat biex jgħaddi l-liġijiet. Immexxi mill-President tiegħu – bħalissa Charles Michel – u magħmul mill-kapijiet nazzjonali ta' stat jew gvern u l-President tal-Kummissjoni, jiltaqa' għal ftit jiem tal-anqas darbtejn kull 6 xhur.

Tfassil tal-liġijiet

Hemm 3 istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-leġiżlazzjoni tal-UE:

  • il-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta ċ-ċittadini tal-UE u li hu direttament elett minnhom;
  • il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-istati membri individwali; Il-Presidenza tal-Kunsill tinqasam bejn l-istati membri fuq bażi ta' rotazzjoni.
  • il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta l-interessi ġenerali tal-Unjoni.

Ilkoll flimkien, dawn it-tliet istituzzjonijiet, permezz tal- "Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja", jipproduċu l-politiki u l-liġijiet li japplikaw fl-UE. Fil-prinċipju, il-Kummissjoni tipproponi liġijiet ġodda, u l-Parlament u l-Kunsill jadottawhom. Il-Kummissjoni u l-pajjiżi membri mbagħad jimplimentawhom, u l-Kummissjoni tiżgura li l-liġijiet jiġu applikati u implimentati b'mod tajjeb.

Teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE – aktar tagħrif dwar il-proċeduri tat-tfassil tal-liġijiet

Lista ta' Presidenzi tal-Kunsill tal-UE

Istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE

Żewġ istituzzjonijiet oħra għandhom rwol kruċjali:

Is-setgħat u r-responsabbiltajiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet huma stabbiliti fit-Trattati, li huma l-bażi ta' dak kollu li tagħmel l-UE. Dawn jistabbilixxu wkoll ir-regoli u l-proċeduri li għandhom isegwu l-istituzzjonijiet tal-UE. It-Trattati jaqblu dwarhom il-Presidenti u/jew il-Prim Ministri tal-pajjiżi kollha tal-UE, u huma ratifikati mill-parlamenti tagħhom.

L-UE għandha għadd ieħor ta' istituzzjonijiet u ta' entitajiet interistituzzjonali li għandhom rwoli speċjalizzati:

Back to top