<
 
 
 
 
×
>
hide You are viewing an archived web page, collected at the request of Publications Office of the European Union using Archive-It. This page was captured on 20:46:07 Aug 27, 2021, and is part of the European Union collection. The information on this web page may be out of date. See All versions of this archived page. Loading media information Skip to main content
Shaping Europe’s digital future logo

WiFi4EU: Kumpaniji tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi

WiFi4EU hija inizjattiva li se toħloq eluf ta’ hotspots tal-Wi-Fi li jipprovdu konnettività bla ħlas fl-ispazji pubbliċi ta’ komunitajiet lokali madwar l-Ewropa. Inti Kumpanija tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi u tixtieq titgħallem aktar dwar l-inizjattiva WiFi4EU u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha. Kompli aqra biex issir taf aktar.

X’inhi WiFi4EU, u kif taħdem?

WiFi4EU hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea li se tipprovdi vawċers b’valur ta’ EUR 15 000 biex ikopru l-ispejjeż tat-tagħmir u tal-installazzjoni tal-punti ta’ aċċess tal-Wi-Fi lil eluf ta’ muniċipalitajiet madwar l-Ewropa. Il-benefiċjarji jagħżlu ċ-“ċentri tal-ħajja pubblika” fejn jiġu installati l-hotspots ta’ WiFi4EU. Il-hotspots tal-Wi-Fi se jiġu installati fi spazji pubbliċi fuq ġewwa jew fuq barra (kunsilli lokali, ċentri tas-saħħa, pjazez pubbliċi, toroq pedonali, eċċ.) fejn ma teżisti ebda offerta simili oħra ta’ konnettività Wi-Fi bla ħlas.

Hija skema ta’ finanzjament simplifikata li għall-ewwel darba se tipprovdi vawċers trasferiti mill-muniċipalitajiet lill-kumpaniji ta’ installazzjoni tal-Wi-Fi li jistabbilixxu l-hotspots.

Il-muniċipalitajiet li jirċievu vawċer huma liberi li jiddefinixxu u jakkwistaw il-proġetti ta’ installazzjoni tal-Wi-Fi lokali tagħhom skont ir-regoli tal-akkwist applikabbli. Huma jistgħu jikkonsultaw il-lista ta’ kumpaniji tal-installazzjoni tal-Wi-Fi reġistrati li joperaw fiż-żona ġeografika tagħhom.

Reġistrazzjoni fil-portal

Ladarba muniċipalità tkun applikat b’suċċess għal vawċer, ikollha perjodu ta’ 18-il xahar biex tiżgura l-installazzjoni tal-hotspot ta’ WiFi4EU. Hija tniedi proċess ta’ akkwist pubbliku għall-għażla ta’ kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi. Bħala kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi, trid tirreġistra fil-portal online, sabiex tirċievi remunerazzjoni għall-valur tal-vawċer mill-Kummissjoni Ewropea.

Kif Tirreġistra bħala Kumpanija tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi

Kwalunkwe kumpanija tal-installazzjoni tal-WiFi tista’ tirreġistra fil-portal ta’ WiFi4EU permezz ta’ taqsima ddedikata. Se tintalab tipprovdi d-dettalji li ġejjin:

  • Informazzjoni dwar il-kumpanija
  • Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika (pajjiżi jew żoni fi ħdan il-pajjiż) fejn topera l-kumpanija tiegħek
  • Informazzjoni dwar il-persuna ta’ kuntatt.

Mur fil-portal ta’ WiFi4EU

Ir-reġistrazzjoni fil-portal ta’ WiFi4EU mill-Kumpaniji tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi hija essenzjali għall-akkwist tal-vawċer.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

Ir-rekwiżiti tekniċi għan-networks ta’ WiFi4EU huma stipulati fil-Mistoqsija Frekwenti 27 u speċifikati aktar fil-kundizzjonijiet tas-sejħa u l-mudell ta’ ftehim ta’ għotja. Dawn ir-rekwiżiti jagħtu d-dettalji tan-numru minimu ta’ punti ta’ aċċess fuq ġewwa u fuq barra, kif ukoll il-kapaċitajiet tekniċi ta’ kull wieħed minn dawn il-punti ta’ aċċess. Jekk jogħġbok irreferi għall-punt 6.2.2 tal-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sħaħ

Il-proċeduri tal-ħlas

Il-valur tal-vawċer ta’ EUR 15 000 se jitħallas direttament lill-kumpaniji tal-installazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fi żmien massimu ta’ 60 jum. Dan il-pagament se jiġi eżegwit permezz ta’ trasferiment bankarju, wara l-konferma mill-Kummissjoni Ewropea li l-hotspot ta’ WiFi4EU huwa operazzjonali. Huwa esklużivament permezz tal-portal li l-kumpanija tal-installazzjoni u l-muniċipalità kkonċernata jistgħu jinnotifikaw li n-network tal-Wi-Fi huwa installat u operazzjonali. Ladarba l-Kummissjoni tivverifika din l-informazzjoni, hi tħallas is-somma tal-vawċer direttament lill-kumpanija tal-installazzjoni. Il-muniċipalità tħallas kwalunkwe bilanċ ’il fuq mill-valur tal-vawċer dovut lill-kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi.

Ikkuntattjana

 

L-aktar reċenti

PRESS RELEASE |
WiFi4EU: Commission unveils final results of the second call for applications

The European Commission announced the results of the second WiFi4EU call for proposals, which ran from 4 to 5 April. 3,400 municipalities will receive vouchers each worth €15,000 to cover the cost of installing Wi-Fi hotspots in public spaces, including town halls, public libraries, museums, public parks or squares. The total budget for this call was €51 million and applications came from all the countries taking part in the programme, namely EU Member States, Iceland and Norway.

PRESS RELEASE |
WiFi4EU: Questions and Answers

Who will benefit from the WiFi4EU programme? How to apply for WiFi4EU? Are there any specific conditions for the projects?
What is the budget of WiFi4EU?

PRESS RELEASE |
WiFi4EU initiative: how will it work?

The European Parliament, the Council and the Commission reached a political agreement on the WiFi4EU initiative and its funding on 29 May 2017.

Related Content

Big Picture

WiFi4EUWiFi4EU | Wi-Fi b’xejn għall-Ewropej

L-inizjattiva WiFi4EU tippromwovi aċċess bla ħlas għall-Wi-Fi għaċ-ċittadini fi spazji pubbliċi inklużi parks, pjazez, binjiet pubbliċi, libreriji, ċentri tas-saħħa, u mużewijiet fil-muniċipalitajiet madwar l-Ewropa.

See Also

WiFi4EU: Ċittadini

Iċ-ċittadini u l-mistednin ta’ muniċipalitajiet lokali fl-Unjoni Ewropea dalwaqt se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn konnessjoni bil-Wi-Fi bla ħlas f’postijiet pubbliċi bis-saħħa ta’ WiFi4EU. Il-muniċipalità tiegħek tista’ tapplika għal vawċer biex tkopri l-ispejjeż tal...

Wifi4EU: Muniċipalitajiet

Bħala muniċipalità fl-Unjoni Ewropea, inti eliġibbli biex tapplika għal vawċer bħala parti mill-inizjattiva WiFi4EU. Il-vawċers, b’valur ta’ EUR 15,000 kull wieħed, se jservu biex jipprovdu lill-komunità tiegħek b’konnessjoni pubblika bla ħlas.